snake

Maltese Insults involving Animals

Spread the love

Why do we have so many insults in Maltese which involve animals?

This is a list, posted originally on Facebook, and a few added by some commenters.

Insulti ala Maltija fejn jidħlu l-annimali, għasafar u insetti. Liema waħda tħobb tgħid int? :D01. "Bgħattlek messaġġ…

Posted by Vince Pace DeMarco on Wednesday, September 21, 2016

Insulti ala Maltija fejn jidħlu l-annimali. Liema waħda tħobb tgħid int? snake
01. “Bgħattlek messaġġ fuq Facebook, ANNIMAL!”
02. “Għid grazzi talli għintek, MOGĦŻA!”
03. “Ara x’inhu BHIMA, rema’ saqqu fuq il-bankina!”
04. “Ħammiġt kull m’hawn fil-kamra, MAJJAL!”
05. “Ar’hemm x’int salvaġġ, waqqajt kollox BARRI!”
06. “Mhux aħjar ma tilbisx issikkat, qisek BAQRA!”
07. “Imissek tiekol xi ħaġa, qisek ARINGA!”
08. “Ejja għidlu xi ħaġa, qisek NAGĦĠA!”
09. “Ħażin qfilt il-lazz, kemm tiflaħ tkun ĦMAR!”
10. “Dak jaħdem daqs BAGĦAL miskin!”
11. “Dak lili qed ixejjer qisu PIPISTRELL!”
12. “Ara kemm hu KELB, ipparkja quddiem il-garaxx!”
13. “Mhux aħjar iżżomm il-kju, kemm int BODBOD!”
14. “Ara kif daħal fuqi dan il-MUNTUN!”
15. “Dak l-ikel kiltu kollu, ja ĦANŻIR!”
16. “Titkaxkarx ma’ l-art, qisek XAĦMET L-ART!”
17. “Dik għanda par għajnejn qishom ta’ ŻRINĠ!”
18. “Għandek ilsienek twil daqs ta’ LIFGĦA!”
19. “Attent minnu għax ibiddel sufu bħal LUPU!”
20. “M’għandiex fiduċja f’dak li hemm ħdejk għax qisu SERP!”
21. “Ma nista nagħmel xejn bik, qisek SEQER!”
22. “Mhux ta min jafdah għax dak ĠURDIEN xiħ!”

 

We can add a few more:

  1. “Qisek il-LUPU li jibdel sufu imma ghemilu ma jibdlu qatt!”
  2. “Tmeċlaq qisek MOGĦŻA!”
  3. “Kollok mutetti, bhal XADINA”

Can you add any more?