Malta Carnival 2014 Official Programme and Results- Karnival ta’ Malta 2014 Programm Ufficcjali u Rizultati

The Malta Carnival 2014 was held between the 27th February and 4th March 2014.

Feel free to join Malta Network Resources’ new Carnival Facebook group at:

https://www.facebook.com/groups/karnivaltamalta/

A common question is where to buy tickets.. You can get them from here.

Below you can find the programme of events in English and in Maltese.

Click on Read More for the programme and final results.carn011

Malta Carnival 2014 Programme of Events

Thursday 27th February, 2014

5.30 pm The official hoisting of the Carnival flag at Pjazza Teatru Rjal, Valletta, including re-enactment of the Carnival bandu by the traditionally dressed Grandmaster and soldiers.

Friday 28thFebruary, 2014

5.30 pm Dancing Costume Competitions Sections C, B and A followed by King Carnival, Grotesque Masks, Floats Section A and Section B. Seated arena tickets €5.

Saturday 1st March, 2014

9.30 am Children’s Carnival with the participation of various dancing schools followed by a defile with the participation of King Carnival, isolated masks and Societa Mużikali Banda Maria Regina. Seated arena tickets €5.

4.00 pm Dancing Costume Competitions Sections C, B and A followed by King Carnival triumphal float, Grotesque Masks, Band and Triumphal floats Sections C, B and A and special guests from Notting Hill Carnival. Arena Seating Tickets €10.

5.00 pm Defile along the streets of Valletta with the participation of triumphal floats, bands, grotesque masks and special guests from Notting Hill Carnival. Simultaneously other Carnival events will be held in various areas in Valletta, till late; amongst which a live band by George Curmi il-Puse and friends at Great Siege Square from 8.30 pm onwards. Il-qarċilla will be held in various areas around Valletta, De Valette Square, Strait Street, and Great Siege Square. Carnival activity at Pjazza Teatru Rjal will also be held, during which a competition will be held to crown this year’s National Carnival Queen. Another variety show will be held at St George’s Square from 9.00 p.m. onwards.

Sunday 2nd March, 2014

12.30 pm Carnival Grand Defile starting from Castille Square, Merchants Street, Archbishop Street, proceeding to the Carnival Arena at St George’s Square. After St. George’s Square the defile continues along Republic Street up to City Gate.

2.30 pm Grand Carnival Spectacle with the participation of Dancing Companies in Costume, Company floats Section A and B, Triumphal Floats, Grotesque Masks, the band Big Friends Guggen Musik, Satirical Floats, and special guests from Notting Hill Carnival. Arena Seating Tickets €12.

Monday 3rd March, 2014

10.15 am Monday Carnival Parade during the morning with the participation of various dancing schools and satirical isolated masks.

4.30 pm The last night of the dancing costume competitions sections C, B and A followed by the Grand Defile including all triumphal floats, companies in costume and floats, grotesque masks and satrical floats. Special reduced price for Arena Seating Tickets €5.

Tuesday 4th March, 2014

10.15 am Tuesday Carnival Parade during the morning with the participation of various dancing schools and satirical isolated masks.

6.00 pm Carnival Gran Finale along St Anne Street, Floriana with the participation of all items of this year’s Carnival and special guests from Notting Hill Carnival.

Karnival ta’ Malta 2014 Programm ta’ Attivitajiet

Il-Ħamis 27 ta’ Frar, 2014

5.30 pm Iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-attivitajiet tal-Karnival bi tlugħ tal-bandiera tal-Karnival fi Pjazza Teatru Rjal, tinkludi wirja (re-enactment) tal-kunsens tal-Gran Mastru li jiġi ċċelebrat il-Karnival u ż-żifna tal-Parata Tradizzjonali.

Il-Ġimgħa 28 ta’ Frar, 2014

5.30 pm L-ewwel serata tal-kompetizzjonijiet taż-żfin Sezzjoni C, B u A segwita bid-dħul tal-karru tar-Re tal-Karnival, Maskaruni, il-karrijiet tal-Kumpaniji A u l-karelli tal-Kumpaniji Sezzjoni B. Biljetti tas-seats tal-arena €5.

Is-Sibt 1 ta’ Marzu, 2014

9.30 am Karnival tat-Tfal bil-parteċipazzjoni ta’ diversi skejjel taż-żfin u defile bil-parteċipazzjoni tal-karru tar-Re tal-Karnival, maskaruni iżolati u l-Banda Socjeta’ Mużikali Banda Maria Regina. Biljetti tas-seats tal-arena €5.

4.00 pm Il-kompetizzjonijiet taż-żfin Sezzjoni C, B u A segwiti bid-dħul tal-karru tar-Re tal-Karnival, Maskaruni, Banda u l-karrijiet Trijonfali Sezzjoni C, B u A. Jipparteċipaw ukoll il-mistiedna speċjali mill-Karnival ta’ Notting Hill. Biljetti tas-seats tal-arena € 10.

5.00 pm Sfilata fit-toroq tal-Belt bil-parteċipazzjoni tal-karrijiet trijonfali, baned, maskaruni u l-mistiedna speċjali mill-Karnival ta’ Notting Hill. Fl-istess ħin ikun hemm attivitajiet karnivaleski oħra f’diversi lokalitajiet oħra fil-Belt Valletta li jibqgħu għaddejjin sa tard filgħaxija fosthom il-Band Live tal-Puse u l-ħbieb f’Misraħ l-Assedju mit-8.30 pm ‘il quddiem. Il-qarċilla tittella f’diversi postijiet fil-Belt Valletta fosthom fi Pjazza De Valette, Strada Stretta, u Misraħ l-Assedju l-Kbir. Fi Pjazza Teatru Rjal ikun hemm serata karnivaleska fejn matulha tiġi wkoll magħżula r-Reġina tal-Karnival. Fl-arena jkun hemm ukoll serata karnivaleska b’xejn għal kulħadd.

Il-Ħadd 2 ta’ Marzu, 2014

12.30 pm Sfilata tal-Karnival minn Misraħ Kastilja, Triq il-Merkanti, Triq l-Arċisqof, għall-Arena tal-Karnival. Wara l-isfilata tkompli hierġa tul Triq ir-Repubblika għal Putirjal.

2.30 pm L-ispettaklu l-kbir ta’ Ħadd il-Karnival bil-parteċipazzjoni tal-kumpaniji taż-żfin tal-Karnival Sezzjoni C, B u A, il-Karrijiet tal-Kumpaniji A, il-Karrijiet Trijonfali, il-Maskaruni, il-Banda Big Friends Guggen Musik, il-Karrijiet Satiriċi. Jieħdu sehem ukoll il-mistiedna speċjali tal-Karnival ta’ Notting Hill. Biljetti tas-seats tal-arena € 12.

It-Tnejn 3 ta’ Marzu, 2014

10.15 am Parata tal-Karnival tat-Tnejn filgħodu bil-parteċipazzjoni ta’ diversi skejjel taż-żfin u l-maskaruni iżolati satiriċi.

4.30 pm L-aħħar serata taż-żfin kompetittiv sezzjoni C, B u A segwita bid-dħul tal-karrijiet kollha trijonfali u tal-Kumpaniji, maskaruni u l-karrijiet satiriċi. Biljetti tas-seats tal-arena bi prezz speċjali ridott ta’ € 5.

It-Tlieta 4 ta’ Marzu, 2014

10.15 am Parata tal-Karnival tat-Tlieta filgħodu bil-parteċipazzjoni ta’ diversi skejjel taż-żfin u l-maskaruni iżolati satiriċi.

6.00 pm Il-Gran Finale tal-Karnival fi Triq Sant’Anna, Floriana fejn jieħdu sehem l-items kollha li jkunu ħadu sehem fl-edizzjoni tal-Karnival 2014. Jieħdu sehem ukoll il-mistiedna speċjali tal-Karnival ta’ Notting Hill.

 

Riżultati tal-Kompetizzjonijiet tal-Karnival 2014

Il-Kumitat Organizzattiv tal-Karnival, iħabbar  ir-riżultati li jidhru hawn taħt relatati mal-konkorsi kompettivi tal-Karnival 2014.

Il-Kumitat Organizzattiv tal-Karnival jirringrazzja lill-parteċipanti kollha, lill-membri tal-Korp tal-Pulizija, Transport Malta, lill-membri tal-ġurija u lil kull min b’xi mod ta’ sehem fil-programm tal-Karnival ta’ din is-sena.. Il-Kumitat iħabbar li l-Karnival ta’ Malta 2015 se jigi ċċellebrat bejn il-Ġimgħa 13 u t-Tlieta 17 ta’ Frar.

Ir-riżultati huma dawn :-

 

KONKORS Nru 1-  Karrijiet Trijonfali -  Kategorija “A”

L-Ewwel Premju:  “Spettaklu Orjentali b’divertiment Arti Marzjali” – Karru Trijonfali, kategorija A ta’ Ronnie Spiteri, Silvio Zerafa, megħjuna minn Josua Borg, f’isem Triton Carnival Group

It-Tieni Premju:  “Mill-Black & White għall-Kulur u l-Progress trid tkun” – Karru Trijonfali, kategorija A ta’ Raymond Zerafa u Jonathan Zammit – Tat-Totto Team

It-Tielet Premju:  “Pajjiż Famuż, tal-Qedem Lussuż” – Karru Trijonfali, kategorija A ta’ Norman Hill – Cicco Carnival Company

 

KONKORS Nru 2 – Karrijiet Trijonfali – Kategorija “B”

L-Ewwel Premju:  “Ġejna ma’ Shrek għall-okkażżjoni biex ingawdu t-tradizzjoni ” – Karru Trijonfali, kategorija B ta’ Redeemer Casha u Bjorn Bonett u Bronk Productions

It-Tieni Premju:  “Bikom niftaħar waqt battalji fuq il-Baħar” – Karru Trijonfali, kategorija B ta’ Brian Bonnici u Kevin Chetcuti – Arti Karta Carnival Company

It-Tielet Premju: “Maġija, Fantasija, nipproteġu s-Sbuħija” – Karru Trijonfali, kategorija B ta’ Etienne Galea u Enzo Abela

 

KONKORS Nru 3 – Karrijiet Trijonfali – Kategorija “C”

L-Ewwel Premju:   “B’nassa qbadtek u għal tad-Dinja ħadtek” – Karru Trijonfali, kategorija Ċ ta’ Christopher Micallef u Alvin Livori – Dream Team

It-Tieni Premju:  “Avatar” – Karru Trijonfali, kategorija Ċ ta’ Daniel Attard u Emanuel Zarb

It-Tielet Premju: “Sweet Dreams” – Karru Trijonfali, kategorija Ċ ta’ Tonio Scerri u Isaac Scerri

    

KONKORS Nru 6a – Zifna - Kumpaniji (Tfal) Kategorija “C”

L-Ewwel Premju: “Brazil” – Kumpanija taż-żfin Sezzjoni Ċ, ta’ Wendy Vella f’isem iż-Żejtun Carnival Troupe

It-Tieni Premju: “Miċ-Ċirklu illargajna, biex bħat-Tfal ixxalajna ” – Kumpanija taż-żfin Sezzjoni Ċ, ta’ Josefa u Renald Scicluna u l-Cutie Cute Dancers

It-Tielet Premju: “Nifirħu u nixxalaw, imbagħad wara nistudjaw” – Kumpanija taż-żfin Sezzjoni Ċ, ta’ Anton Aquilina & friends

 

KONKORS Nru 6b  - Kostum – Kumpanija (Tfal) Kategorija “C”

L-Ewwel Premju: “Brazil” – Kumpanija taż-żfin Sezzjoni Ċ, ta’ Wendy Vella f’isem iż-Żejtun Carnival Troupe

It-Tieni Premju: “Miċ-Ċirklu illargajna, biex bħat-Tfal ixxalajna ” – Kumpanija taż-żfin Sezzjoni Ċ, ta’ Josefa u Renald Scicluna u l-Cutie Cute Dancers

It-Tielet Premju: “Nifirħu u nixxalaw, imbagħad wara nistudjaw” – Kumpanija taż-żfin Sezzjoni Ċ, ta’ Anton Aquilina & friends

 

KONKORS Nru 7a  – Zifna – Kumpanija Kategorija “B”

L-Ewwel Premju:  “Chess” – Kumpanija taż-żfin Sezzjoni B, ta’ Joseph Abela and Friends,  f’isem l-Għaqda Kultura u Armar, Marija Annunzjata Ħal Tarxien

It-Tieni Premju: “Egyptian” – Kumpanija taż-żfin Sezzjoni B, ta’ Christian Caruana f’isem is-Shake Dancers

It-Tielet Premju: “Stars of the Past” – Kumpanija taż-żfin Sezzjoni B, ta’ Stephen Bondin u Keith Dimech

 

 

KONKORS Nru 7b – Kostum – Kumpanija Kategorija “B”

L-Ewwel Premju:  “Chess” – Kumpanija taż-żfin Sezzjoni B, ta’ Joseph Abela and Friends,  f’isem l-Għaqda Kultura u Armar, Marija Annunzjata Ħal Tarxien

It-Tieni Premju: “Egyptian” – Kumpanija taż-żfin Sezzjoni B, ta’ Christian Caruana f’isem is-Shake Dancers

It-Tielet Premju:  “Fil-Battalja u l-Fantasija, Malta baqgħet imsemmija” – Kumpanija taż-żfin Sezzjoni B, ta’ Stefania Gellel u Emmanuel Pace – Mystic Dancers

F’dan il-konkors il-Kumitat qed juri l-apprezzament tieghu ghall-livell gholi tal-prezentazzjoni tal-karella bl-isem “Fil-Battalja u l-Fantasija, Malta baqgħet imsemmija” – Kumpanija taż-żfin Sezzjoni B, ta’ Stefania Gellel u Emmanuel Pace – Mystic Dancers

 

KONKORS Nru 8a  – Zifna – Kumpanija Kategorija  “A”

L-Ewwel Premju:  “Mill-Ġungla għall-Karnival ferraħna x-xjuħ u anke t-tfal” – Kumpanija taż-żfin Sezzjoni A, ta’ Pawlu Curmi u Christopher Caruana

It-Tieni Premju: “Mal-Lejl il-Melodija, Għaż-Zfin  u l-Fantasija” – Kumpanija taż-żfin Sezzjoni A, ta’ Charlie Briffa u tal-Banda Carnival Troupe

It-Tielet Premju: “Minn Storja Teatrali, għall-fantasija Spettakolari” – Kumpanija taż-żfin Sezzjoni A, ta’ Alfred u Josef Baldacchino – Tal-Kieka Carnival Company

 

KONKORS Nru 8b  – Kostum – Kumpanija Kategorija  “A”

L-Ewwel Premju:  “Mal-Lejl il-Melodija, Għaż-Zfin  u l-Fantasija” – Kumpanija taż-żfin Sezzjoni A, ta’ Charlie Briffa u tal-Banda Carnival Troupe

It-Tieni Premju: “Mill-Ġungla għall-Karnival ferraħna x-xjuħ u anke t-tfal” – Kumpanija taż-żfin Sezzjoni A, ta’ Pawlu Curmi u Christopher Caruana

It-Tielet Premju: “Minn Storja Teatrali, għall-fantasija Spettakolari” – Kumpanija taż-żfin Sezzjoni A, ta’ Alfred u Josef Baldacchino – Tal-Kieka Carnival Company

 

KONKORS Nru 8c – Karru – Kumpanija Kategorija  “A”

L-Ewwel Premju:  “Mal-Lejl il-Melodija, Għaż-Zfin  u l-Fantasija” – Kumpanija taż-żfin Sezzjoni A, ta’ Charlie Briffa u tal-Banda Carnival Troupe

It-Tieni Premju: “Mill-Ġungla għall-Karnival ferraħna x-xjuħ u anke t-tfal” – Kumpanija taż-żfin Sezzjoni A, ta’ Pawlu Curmi u Christopher Caruana

It-Tielet Premju: “Minn Storja Teatrali, għall-fantasija Spettakolari” – Kumpanija taż-żfin Sezzjoni A, ta’ Alfred u Josef Baldacchino – Tal-Kieka Carnival Company

 

REBBIEĦA TAL-KONKORSI

1. KUMPANIJA – SEZZJONI “A” -“Mal-Lejl il-Melodija, Għaż-Zfin  u l-Fantasija” – Kumpanija taż-żfin Sezzjoni A, ta’ Charlie Briffa u tal-Banda Carnival Troupe

2. KUMPANIJA – SEZZJONI “B” -“Chess” – Kumpanija taż-żfin Sezzjoni B, ta’ Joseph Abela and Friends,  f’isem l-Għaqda Kultura u Armar, Marija Annunzjata Ħal Tarxien

3. KUMPANIJA – TFAL SEZZJONI “C” - “Brazil” – Kumpanija taż-żfin Sezzjoni Ċ, ta’ Wendy Vella f’isem iż-Żejtun Carnival Troupe

4. KARRU TRIJONFALI – SEZZJONI “A” - “Spettaklu Orjentali b’divertiment Arti Marzjali” – Karru Trijonfali, kategorija A ta’ Ronnie Spiteri, Silvio Zerafa, megħjuna minn Josua Borg, f’isem Triton Carnival Group

5. KARRU TRIJONFALI – SEZZJONI “B” - “Ġejna ma’ Shrek għall-okkażżjoni biex ingawdu t-tradizzjoni ” – Karru Trijonfali, kategorija B ta’ Redeemer Casha u Bjorn Bonett u Bronk Productions

6. KARRU TRIJONFALI SEZZJONI “C” - “B’nassa qbadtek u għal tad-Dinja ħadtek” – Karru Trijonfali, kategorija Ċ ta’ Christopher Micallef u Alvin Livori – Dream Team


People’s Choice Award

Il-poplu setgħa jivvota permezz tat-televoting/SMS għal dik iż-żifna, kostum jew karru, li fl-opinjoni tagħhom huwa l-isbaħ, l-aħjar u li spikka waqt il-Karnival 2014.

Din giet mirbuħa minn “Chess” – Kumpanija taż-żfin Sezzjoni B, ta’ Joseph Abela and Friends,  f’isem l-Għaqda Kultura u Armar, Marija Annunzjata Ħal Tarxien

Ir-rebbieħa minn fost dawk li vvutaw huma:
Weekend break għal zewg persuni fil-Paradise Bay Resort Hotel li intrebaħ minn Emm. Aguis minn San Gwann

Nokia mobile ġentilment mgħoti minn Melita li intrebaħ minn George Edwards minn San Pawl il-Bahar

 

Programme / results via maltaculture.com

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>